Bandalori

Is-Socjeta taghna prezentament ghandha tlett Bandalori.

L-ewwel Bandalora li hija l-aktar wahda antika, hija bla dubju ta' xejn xoghol il-fundatur taghna Mastru Karm Debono. Din tikonsisti fl-Arma ta' H'Attard u tahtha l'isem "CIRCOLO LA STELLA LEVANTINA". Din il-Bandalora, wara hafna snin ta' servizz ma baqghetx fi stat li tohrog ghall-purcissjonijiet ta' matul is-sena, u allura giet ipreservata fil-kazin, fejn ghadha mizmuma b'tant ghozza sal-gurnata tal-lum.

B'hekk il-membri tas-Socjeta, hassew il-htiega li fil-Laqgha Generali, tat-12 ta' Dicembru 1954, tinhatar kummisjoni biex issir bandalora ohra, li tant kien hemm bzonna. Din il-kummissjoni kienet komposta mis-Sur J. Attard Flores, is-Sur Joe Borg u mis-Sur Salvu Attard, fejn dan il-membru ippropona li 30% mill-flus tal-kaxxa tal-loghob ghandhom jigu imwarrba ghal dan il-progett. Il-Membri prezenti kollha qablu ma' din il-proposta u b'hekk f'Seduta Generali ohra, il-President ta' dak iz-zmien, is-Sur Salvu Mallia ikonferma il-Progett tal-Bandalora il-gdida. Peress li mid-disinji li gew ipprezentati l-ebda wiehed ma inghogob, il-membri ftiehmu li jsir konkors ghall-aqwa disinn. Din il-kompetizjoni kellha tigi imhabbra fil-Berqa u it-Times.
Id-disinn li intghazel kien tas-Sur Saver Galea li kien Marmista. Id-disin kien jismu "VERONA". Dak il-hin stess li ntghazel l-ahjar disinn, is-Sur Saver Galea gie mahtur membru ta' din il-kummissjoni u gie deciz f'seduta tal-kumitat li ghall-festa tat-tberik tal-Bandalora ghandhom jigu mistiedna is-soci bil-familji taghhom, ghal trattament sa siegha wara it-tberik tal-Bandalora jigifieri sat-8.30pm. Din it-tieni Bandalora giet tiswa 196 Lira 2 xelini u 4soldi (L2.02s 4d).

It-tielet Bandalora saret b'risq ic-Centinarju tas Socjeta, fejn il-President attwali s-Sur Charles Camilleri gab lil certu Silvio Pace min Hal Qormi u fissirlu bix-xewqa li l-Kumitat kellu. Kien it-8 ta' Settembru 1992 meta tlesta id-disinn u dan gie approvat mill-Kumitat. Aktar tard gie imressaq u approvat fil-Laqgha Generali ta' dik l-istess sena. B'hekk delegazzjoni immexija mill-President u xi membri tal-kumitat, flimkien mas-sur Silvio Pace, marru ghand is-Sinjura Emmanuela Galea tal-Imqabba fej din accettat li tahdem il-Bandalora ghal stima ta' mhux aktar min Lm2,000 Lira. Kienet ix-xewqa tal-President, li din il-Bandalora tingabar minghand in-nies ta' H'Attard kollha. Giet imnedija Newsletter ikkulurita li tqassmet bl-idejn fid-djar kollha ta' H'Attard biex in-nies tkun aktar informata dwar il gbir. Kienet gabra success fejn is-somma kienet tlahaq LM1,850. Ix-xoghol fuqha dam sejjer ghal tmien xhur. Il-lasti, il-pumi, l-arma u il-plattin gew iregalati mis-Sur Louis Carabott. Din il-Bandalora giet esposta fil-Knisja Parokkjali fi zmien il-festa ta' Santa Marija. Hija giet imbierka nhar l-10 t'Ottubru 1994 mil-Vigarju Generali, Mons. Annetto Depasquale waqt Pontifikal Solenni bhala radd il-hajr 'il Alla f'gheluq il mitt sena tas socjeta. F'dan il-Pontifikal Solenni hadet sehem l-Orkestra tal-Kappella Diacono, li tmexxiet mis-surmast Direttur taghna, Abel J. Mizzi u ha sehem ukoll il-Kor tal-Parrocca immexxi minn Amelja Calleja, flimkien mal-Kor tal-Kappella Diacono. L-ispejjez ta' din l-Orkestra thallsu mis-Socjeta.