Kazin
|
L-ewwel
sede tal-kazin tas-socjeta kienet dar ma' genb in-naha tal-Kampnar tal-Knisja.
Qabel is-sena 1925, is-Socjeta iccaqalqet u marret f'dar numru 5 fi Triq il-kbira.
Izda maz-zmien il-membri kienu zdiedu sew u kienet tinhass il-htiega li jinstab
post akbar; tant li fl-1934 beda it-tfittix ghal sede ahjar. Wara li gie indikat
il-post ideali li huwa l-istess post fejn illum jinsab il-kazin f'numru
44, Triq il-Kbira. Kienet giet imwaqqfa kummisjoni biex jinbeda ix-xoghol
ta manutenzjoni fuq il-post tal-kazin il gdid. Wara xhur ta' hidma kontinwa
mill-membri tas-socjeta, il-Kazin infetah ufficjalment nhar
il-15 ta' Settembru
1935 b'riceviment ghas-Soci, mistednin minn H'Attard u membri distinti bhal
Lord Strickland u Miss Mabel Strickland fost il-mistednin.
Fi zmien il-gwerra Il-Kazin intuza bhala skola u ghalhekk il-membri sabu ruhhom kwazi barra mil-kazin, izda fl-1946 kollox rega gie ghan-normal.
Fid-9 ta'Awissu 1987 is-Sala tal-Kazin infethet ufficjalment mill-Kappillan habrieki ta' dak iz-zmien Dun Anton Portelli, wara xoghol estensiv mill-membri tas-Socjeta. Is-sala giet imsemmija ghall-ewwel President u Fundatur tas-Socjeta; Mastru Karm Debono.
Fl- 1993 il-faccatta bdiet tintrama ghall-festa Titulari ta' Santa Marija b'disinji mpittra fuq l-injam mis-Sur Silvio Pace mghejjun mill-membri tas-Socjeta taghna.