Knisja
|
Il-Knisja
parrokkjali ta' H'Attard hija gojjel tal-arti fir-rinaximent. Saret fuq pjanta
ta' Tumas Dingli iben H'Attard. Damet erba snin biex nbniet bejn 1613-1616.
Hija mibnija fuq stil Korint. Fija kor, zewg Kapelluni, korsija u zewg sagristiji.
Ghandha ghamla ta' Salib Latin. Fija ghaxar artali u il-kwadru Titulari li
jirraprezenta l-Assunzjoni, huwa impitter minn Pasquale Buhagiar. Francesco
Zahra huwa raprezentat bi tlett kwadri, tar-Ruzarju, tac-Cintura u tad-Duluri.
II-pittur Guzzepi Calleja hadem il-kwadru tal-Martirju ta' San Pietru u San
Pawl. Taht id-direzzjoni u disinn ta' Guzzeppi Hyzler. Il-kwadru tal-Kuncizzjoni
huwa ta' Luka Garnier u il-krucifissjoni hija ta' Francesco Scerri. Il-Via
Crucis hija tas Sur Archibald Grech. Il-faccatta tal-kor hija skolpita b'sena
kbira
u tirraprezenta zewg statwi gganteski maghmulin mill-iskultur Sqalli
Casanova. Il-faccatta ta' barra hija mzejna bi gmiel ta bieb mdawwar b'zewg
kolloni u fuqhom fontispizju li huwa mzejjen bi skultura qisa bizzilla. Sitt
niccec bi tlieta fuq kull naha jiddekoraw il-faccata bi statwi li ghandhom
x'jaqsmu mal-hajja tal-Madonna.
L-istess
ghamla ta' nicec hija irrepetuta min gewwa fejn insibu sitta u ghoxrin (26)
nicca, erbgha fil-Koppli, ghaxra (10) fil-Kor u Sitta f'kull kappellun. Is-Saqaf tal-Knisja huwa kollu mahdum fi-
kwadretti bil-panewijiet. Il-korsija
taghlaq fl-ghamla ta' hnejja waqt li bhal kuntrast ghal dan insibu l-kappelluni
maghluqin fl-ghamla tonda mqassma fil-fili. Il-kor ghandu l-istess ghamla
tal-korsija. Il-Kampnar telgha wara fis-sena 1718. Il-Kampnar huwa mghammar
b'hames qniepen li huma ntonnati tassew f'armonija perfetta. Il-pregju
tal-Knisja taghna hija li ghadha vergni, jigifieri fl-istess kundizzjoni kif
iddisinjaha il-perit taghha Tumas Dingli (min H'Attard). Hadd ma zied jew
naqqas mix-xoghol tal-arkittetura. Rari issib Knisja f'dan l-istat!!