Socjeta

Is-Socjeta twaqqfet fis-sena 1894 ghall-habta ta' Settembru bl-isem "Casino La Stella Levantina". Wara li il-Kappillan ta' dak iz-zmien Dun Carmelo Azzopardi gietu l-ideja
Mastru Karm Debono
li H'Attard ikollu Socjeta li ixxerred il-kultura u tahdem biex tkabbar il-festa ta' Santa Marija. Din l-ideja intghogbot u Mastru Karm Debono, huh Guzzeppi Debono, Salvu Borg u huh Carmelo u l-ahwa Carmelo u Ganni
Attard saru il-fundaturi ewlenin tas-Socjeta. Dawn kienu in-nies li il-Kappilan Azzopardi kien hajjar u b'hekk nistghu nghidu li dan kien l-ewwel Kumitat tas-Socjeta b'Mastru Karm Debono bhala l-ewwel President taghha. Mastru Karm Debono dam tlieta u tlettin sena bhala President u dam f'din il kariga sa mewtu. Huwa kien maghruf bhala disinjatur u dekoratur mill-aqwa u dan urieh f'hafna mix-xoghol li ghamel ghal H'Attard. Fl-ewwel zmienijiet tieghu il-kazin kellu mal-hamsin membru u li isimhom jidher dokumentat fir-registru tal-Kaxxier tal-1915.

Pero barra il-festa titulari, s-Socjeta kienet tiehu sehem fil-festi religuzi ohra, bhal-Corpus, Qalb ta' Gesu u l-purcissjonijiet l'ohra fejn rapprezentanza mill-Kumitat kienet timmarcja wara l-Bandalora tas-Socjeta, kif ghadu jsir illum. Anki meta l-Kappillan Balzan gie mgholli ghad-dinjita ta' Monsinjur, is-Socjeta kienet irapprezentat fil-Kumitat organizzativ.

Fil-75 anniversarju li sehh fl-1969 il-kumitat hass li kellu jiccelebra naqra aktar peress li il-50 Anniversarju kellu jigi mhassar minhabba il-gwerra. Ghalhekk giet mahtura kummisjoni ta' tlett membri biex jitfassal programm. Nhar l-10 t'Awissu sar festin. Filghodu saret quddiesa kantata bit-Te Deum u filghaxija sar diskors ta' l-okkazzjoni mill-President Onorarju Dr.Gorg Zammit, waqt riceviment u wara giet sparata il-musketterija.

Fis-sena 1987 is-Socjeta waqqfet il-Banda u b'hekk saret Eastern Star Band Club. U min hemm beda x-xoghol fuq il-Banda. Gie modifikat ukoll il-Kazin fejn infethet is-Sala li giet imsemmija kif inhu xieraq ghall-ewwel President tas-Socjeta Mastru Karm Debono.

Fl-1994, wara xoghol kbir mill-President attwali s-Sur Carmelo Camilleri u il-kumitat saru festi kbar ghall-gheluq l-ewwel mitt sena mit-twaqqif tas-Socjeta. L-isem tas-Socjeta rega gie ghal dak originali li bih twaqqfet is-Socjeta fejn issa sar "SOCJETA MUZIKALI LA STELLA LEVANTINA AD 1894". Saret bandiera gdida, ingabret ukoll Bandalora majestuza u s-Sur Mario Attard ghogbu wkoll jiregala statwa ta' Santa Marija, u li din tintrama fuq pedestall lejliet il-Festa. Is-Socjeta hasbet biex ticcelebra il-festa b'aktar pompa, fejn il-qofol tac-celebrazzjonijiet kien il-Pontifikal immexxi minn Monsinjur A. Depasquale, Vigarju Generali, bis-sehem ta' Monsinjuri Guzepp Dalmas u Pawl Pace, l-ex Kappillan Anton Portelli u l-Kappillan ta' dak inhar Dione Cutajar, u s-sacerdoti: Dun Karm Farrugia, Dun Gorg Mangion, Fr. VicGeorge Fr. Vince u c-cerimonier Dun Valent Borg flimkien mal-abbatini. L-orkestra armata bil-kbir kienet tal-Kappella Frankie Diacono, u li din kienet that id-direzzjoni tas-Surmast Direttur taghna, Abel J MIzzi. Is-Socjeta organizzat ukoll Kuncert b'muzika klassika gewwa il-Corinthia Palace f’H'Attard stess fejn dan il-Programm kien ippresedut mill-President ta' Malta u imbaghad mill-Prim Ministru, Dr.Eddie Fenech Adami F'dak l-istess zmien is-Socjeta taghna tat-spinta qawwija u ghenet bil-kbir sabiex f’H'Attard terga titwaqqaf il-Frattellanza tas-Sagrament.

Tajjeb ukoll insemu li is-Socjeta kienet l-unika Socjeta li irnexxiela ittella l-Kunsillier taghha fil-Kunsil Lokali. Dan kien is-Sur Louis Carabott li fl-elezzjonijiet tal-Kunsill lokali ta' Marzu 1994 gab 538 voti ghal kwota li kienet ta' 445vot u gew eletti Seba' Kunsielliera. Huwa kien ulkol l-ewwel Kunsillier li gie elett fil-Kunsill Lokali ta' H'Attard. Dan kien l-akbar rigal li in nies ta' H'Attard setghu jaghtu lis-Socjeta fis-sena Centinarja.

Fl-1997 fuq rikjesta ta' xi membri waqt il-Laqgha Generali Annwali, is-socjeta emendat l-isem taghha billi ziedet il-kliem "BANDA SANTA MARIA" biex b'hekk is-Socjeta saret ufficjalment maghrufa bhala "SOCJETA MUZIKALI LA STELLA LEVANTINA A.D.1894, BANDA SANTA MARIA A.D.1987".